Home » News & Politics » IL-MANUVRA TAL-PN KIENET SE TĦALLI 117,000 RUĦ MINGĦAJR VOT

IL-MANUVRA TAL-PN KIENET SE TĦALLI 117,000 RUĦ MINGĦAJR VOT

Written By ONE News Malta on Tuesday, Apr 23, 2019 | 04:20 PM

 
Waqt l-ewwel sessjoni tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista li niżlet qalb in-nies, il-Prim Ministru tkellem kif is-surplus irreġistrat ġej anki wara li l-Gvern żied in-nefqa tiegħu mhux biss f’miżuri soċjali iżda anki fit-tisħiħ tal-infrastruttura. Il-Prim Ministru semma wkoll il-fatt li manuvra xejn demokratika tal-Partit Nazzjonalista kienet se ċċaħħad mija u sbatax-il elf ruħ milli jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.