Home » News & Politics » PROĠETT TA’ €55 MILJUN GĦAĊ-ĊENTRU TA’ MALTA.

PROĠETT TA’ €55 MILJUN GĦAĊ-ĊENTRU TA’ MALTA.

Written By ONE News Malta on Tuesday, May 22, 2018 | 02:17 PM

 
ONE.COM.MT • Tħabbru d-dettalji ta’ proġett infrastrutturali b’investiment ta’ ħamsa u ħamsin miljun ewro li għandu l-għan li jnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta. Il-proġett magħruf bħala Central Link Project se jkun iffukat fuq iż-żona ta’ bejn l-Imrieħel u l-Mosta u se jara t-tneħħija tat-traffic lights, il-ħolqien ta’ għexieren ta’ kilometri ta’ korsiji ġodda, flimkien mal-ħolqien ta’ bankini u korsiji għar-roti. Fl-istess waqt għadd ta’ toroq se jitwessgħu għal erbgħa korsiji. Il-Ministru għall-Infrastruttua Ian Borg qal li ladarba jingħata l-kuntratt, il-proġett kollu mistenni jieħu sentejn biex jitlesta.